MQF Level 3 Certificate in Practical Multi-Disciplinary Studies in the Visual and Performing Arts

Il- kors fl-istudji prattiċi multi-dixxiplinarji fl-arti viżiva u performattiva, hu maħsub biex inissel fl-istudent, kreattivita’, ħsieb kritiku, teamwork, żvilupp personali, għarfien tal-kultura u apprezzament tal-arti viżiva u performattiva.


Din il-kwalifika hija rikonoxxuta mill-Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) f’livell 3 (60 ECTS) u se tkun qed toħloq interazzjoni bejn il-forom tal-arti differenti, inkluzi l-opera, musicals, film, ballet, drama u ġeneri oħra li jinkorporaw iktar minn forma ta arti waħda.


Dan il-kors, li se jseħħ bejn Ottubru 2022 u Settembru 2024, huwa mqassam fuq 6 moduli kif indikat hawn:

  1. Kunċetti tal-Mużika, Żfin, Drama u Arti Viżiva
  2. Is-Sinerġiji tal-produzzjonijiet multi-dixxiplinarji
  3. Ħiliet intra u inter-personali fl-arti multi dixxiplinarja
  4. Il-Ġerarkija fid-direzzjoni u produzzjoni
  5. L-istorja tal-produzzjonijiet multi-dixxiplinarji
  6. Sehem fi produzzjoni kummerċjali multi-dixxiplinarja


Dan il-kors iwassal biex student jkomplu għall-karriera ta’: Acting; Directing; Stage Management; Scriptwriting; Screenwriting; Costume Design & Manufacture; Make-up Artist; Production; Theatre Management; Production Management; Performing in multi-disciplinary productions; Curatorship; Stage direction; Site management; Set operation; Property master; Wardrobe management; Light design; Set design; Artistic coordination.


Eliġibilita’ għall-kors:
MQF Level 2 Award in Acting and Drama, JEW
MQF Level 2 Award in Visual Arts, JEW
MQF Level 2 Award in Music Knowledge & Understanding, JEW
MQF Level 2 Award in Music Performance, JEW
Evidenza ta’ għarfien u ħiliet f’waħda mid-dixxiplini tal-arti viżiva u performattiva permezz ta’ portafoll ta’ xogħolijiet, ippreżentat waqt l-audition u/jew intervista


Il-lezzjonijiet se jsiru kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa bejn 15:00 u 16:30 fl-iskejjel differenti fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli.


L-applikazzjonijiet għall-kors se jkunu miftuħin sa nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru 2022 u jistgħu jsiru b’mod elettroniku minn fuq is-sit MAVC – MySchool (gov.mt)

Auditions se jsiru fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru 2022