Online Talk – Sarangu’s World

L-Iskola tal-Arti, f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, bis-sapport tal Kunsill Malti għall-Arti, tippreżenta taħdita onlajn mill-Artist Viżwali Lokali Fabrizio Ellul, li tenfasiżża kif ir-referenzi u r-riċerka tal-Istorja tal-Arti jista’ jintuża u jiġi adattat biex jinħoloq kliem ġdid, li jistgħu isiru parti integrali mill-istejjer li nirrakontaw.



It-taħdita se tiffoka fuq il-proċess ta’ riċerka li tirreferina għall-aħħar proġett ta’ Ellul, in-novella grafika ‘Sarangu – A Maltese folktale‘. Ibbażata fuq dak li seħħ f’Malta fl-1813, meta faqqgħet il-pesta Bubonika – li ħalliet madwar 4,500 ruħ mejta, din in-novella grafika hija inspirata mill-folklor, pajsaġġ u ambjent skoriku Malti.

It-taħdita se sseħħ onlajn nhar it-Tnejn 29 ta’ Marzu 2021 bejn il-17.15 u t-19.45. Il-Pubbliku Ġenerali u l-istaff kollu tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli huma mistednin li jingħaqdu ma’ din it-taħdita.

Biex tingħaqdu agħfsu fuq il-link:
https://teams.microsoft.com/l/meetup-join/19%3ameeting …