Opportunita għal Studenti fl-iskejjel Medja u Sekondarji sabiex jitgħallmu u jieħdu sehem fi produzzjoni Multidixxiplinarja

Ta’ kull sena, il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MAVC) itella’ produzzjoni multidixxiplinarja li tinvolvi professjonisti u  studenti li jaħdmu u jipprestaw flimkien. Fis-sena 2022,  il-Kulleġġ kien il-moħħ wara l-produzzjoni tal-Opera – Film (BLAT – the Island Fortress) u fis-sena 2023 il-produzzjoni ta’ biċċiet minn opri miktubin minn kompożituri Maltin. 



Għal Mejju 2024, sejrin niffukaw fuq drama bil-mużika u ż-żfinbit-titlu Id-Dejjem (The Everlink). Il-kitba oriġinali se tkun ta’ Malcolm Galea u l-mużika ta’ Mro. Reuben Pace. Il-Kulleġġirrekluta professjonisti li se jmexxu lill-istudenti fil-prattika għal din il-produzzjoni. Dawn jinkludu fost oħrajn direttur tal-palk, surmast direttur tal-orkestra, direttur tal-kor, artisti li jieħdu ħsieb il-kostumi u l-irtokk, disinjatur għad-dwal, disinjatur għas-sett u persuna li tieħu ħsieb il-bini tas-sett u korjografu. 

Studenti li huma interessati f’dan l-approċċ ħolistiku huma mħeġġin jieħdu sehem f’din l-opportunita unika billi jimlew il-formola ipprovduta f’dan il-link: 

Qegħdin noffru diversi opportunitajiet ta’ tagħlim lil sudenti. Jekk interessati, studenti jistgħu japplikaw għal WAĦDA minn dawn l-10 rwoli sat-30 ta’ Jannar billi jimlew din il-formola onlajn hawn:


https://docs.google.com/forms/d/1oIT_emsKPIJC_zwrc0aZ84jPg061FnVbdmke40bFEgI

  1. Tieħu sehem f’kor bħala kantant/a
  2. Tieħu sehem fil-grupp ta’ żeffiena bħala Żeffien/a(ballet, żfin kontemporanju/pop/street dance, eċċ.). 
  3. Bħala Atturiu possibilment bħala assistenti tad-Direttur tal-Palk. 
  4. Mużiċistita’ kwalunkwe strument orkestrali  (Ramm, Winds, Kordi u Perkussjoni). Studenti ikunu jridu kisbu grad 6 (MQF level 3) jew ogħla għall-istrument li jdoqqu. 
  5. Disinjatur tas-sett, kostruzzjoni u pittura tas-sett (ta’ interess partikulari għall-istudenti tal-Arti Viżiva). 
  6. Disinjatur tal-kostumi u Wardrobe Manager (ta’ interess partikulari għall-istudenti tal-VET Fashion and Textiles). 
  7. Disinjatur tad-dwal (ta’ interess partikulari għall-istudentital-Istudji tal-Midja u Arti Diġitali/Viżiva). 
  8. Jassistu fl-irtokk (Makeup) u artist tal-Parrokki (ta’ interess partikulari għall-istudentital-VET Hairdressing and Beauty). 
  9. Jassistu minn wara l-kwinti u jassistu fl-immaniġġjar tal-palk
  10. Jassistu fl-Immaniġġjar tal-Produzzjoni

L-applikanti jistgħu jissejħu għal-awdizzjoni  u/jew intervista individwali jew fi grupp. 

Studenti li jieħdu sehem f’din il-produzzjoni jirċievu Award akkredita fil-“Placement in a Commercial Production” li  jiswa 24 ECTS (wara li jkun assessjat sew). 

Studenti magħżulin għandhom ikunu disponibbli sabiex jattendu matul il-ġimgħa ta’  produzzjoni mis-27ta’ Mejju 2024 wara l-ħinijiet normali tal-iskola. Skont l-irwol magħżul, studenti jistgħu wkoll ikunu msejħin għall-provi jew tħejjijiet matul it-tieni terminu skolastiku, dejjem wara l-ħinijiet tal-iskola.