STAMPAR – Wirja Onlajn ta’ Monoprints & Linocuts

Wirja onlajn imtella’ mill-Għalliem tal-Arti fl-Iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva ta’ Għawdex fi ħdan il-KMAV, Justin Falzon li tittratta xogħolijiet mill-istudenti fil-kors “Introduction to Printmaking” (Introduzzjoi għall-Istampar), Shirley Debattista, Elena Gatt, Oscar Grech, Kirsty Mercieca, Chris Saliba u Matthew Vella.


Introduction to Printmaking huwa modulu ta’ Livell 3 tal-Pedament fl-Arti Viżiva (Foundation in Visual Arts) li fih jista’ jinkludi tekniki bħalma huma l-Monoprinting, il-Linocut printing, ir-Relief printing, il-Foam Prints u l-Collotype printmaking.


Il-bċejjeċ tal-arti f’din il-wirja jikkonsistu fil-biċċa –il kbira tagħhom minn Linocuts Prints, Monoprints u Foam Prints. Xogħolijiet li l-istudenti pproduċew matul is-sena skolastika,” qal l-għalliem tal-Arti u Kuratur tal-Wirja, Justin Falzon. “Konna ppjanajna li ntellgħu l-wirja fil-Mużew tal-Ħaġar fejn il-viżitaturi kienu jkunu jistgħu jaraw ix-xogħolijiet attwali tal-istudenti quddiem għajnejhom stess, imma minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija għażilna, ejja ngħiduha, li nimxu ’l-quddiem b’mod aktar modern u sikur!”.


X’Inhu Linocut print?
Linocut, magħruf ukoll bħala lino print, lino printing jew linoleum art, huwa teknika fl-istampar li fiha pjanċa tal-linoleum tintuża għal wiċċ ta’ estenzjoni. Jinqata’ disinn fil-wiċċ tal-linoleum b’sikkina li taqta’, ċiżel jew gouge forma ta’ V, biż-żoni maħruġa ’l barra (mhux minquxin) li jirrappreżentaw it-treġġigħ lura (immaġini f’mera) tal-partijiet biex jidhru stampati. Il-pjanċa tal-linoleum tiċċappas bil-linka permezz ta’ rowler (imsejjaħ brayer), u wara ippressat fuq il-karta jew ċarruta. Dan l-istampar jista’ attwalment isir bl-idejn jew permezz ta’ pressa tal-istampar, u jistgħu jiġu stampati diversi stampi oriġinali.


X’Inhu Monoprint?
Monoprinting huwa forma ta’ stampar li għandu linji jew stampi li jistgħu isiru darba waħda biss, (għal kuntrarju ta’ bosta stampar ieħor, li jippermetti li jsiru diversi oriġinali). Hemm diversi tekniki ta’ mono-printing, b’mod partikulari il-monotype. Is-sabiħ tal-monoprinting jinsab fl-isponjanita` tiegħu u l-fatt li huwa jippermetti kumbinazzjonijiet ta’ stampar, pittura u medja ta’ tpinġija.


X’Inhu Foam print?
Foam print hija teknika oħra ta’ stampar permezz ta’ polystyrene irqieq u artab.


Agħfas fuq l-istampi biex tarahom imkabbra.