Tema mill-Jupiter Clarinet Quartet

Studenti mill-iskola VPA fi ħdan il-Kulleġġ Mikeil Anton Vassalli Amy Mizzi, Colette Attard, Kurt Vella & Jacques Bouvier bil-koordinazzjoni tal-għalliem tal-Klarinett, Noel Curmi ħolqu filmat ta’ ensemble li jġib l-isem “Theme from Jupiter” mill-kompożitur Ingliż composer Gustav Holst.

Fi żmien ta’ pandemija, Is-Sur Noel Curmi u l-istudenti tiegħu ikkomunikaw bejniethom permess tas-sistema onlajn u lkoll flimkien irrekordjaw il-prestazzjoni mis-sigurta` ta’ djarhom.



Il-Kompożitur Ingliż Gustav Holst li hu magħruf l-iktar għas-suċċess li kiseb bis-suite orkestrali: The Planets, ikkompona ħafna xogħolijiet oħra li jkopru kull ġeneru, għalkemm l-ebda waħda ma kisbet suċċess li jikkompara ma’ dan.

L-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva, Għawdex fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, kull sena toffri numru ta’ korsijiet fl-Arti, fil-Mużika, fid-Drama u fid- Danza lil fuq minn 1,100 student.

L-iskola għandha 8 Għalliema u 24 Edukatur ieħor fuq bażi Part Time, lkoll kemm huma jaħdmu sabiex joffru taħriġ u korsijiet li jwasslu għal-Livell ta’ Diploma f’Livell 5 (MQF Livell 5) fl-Arti, fil-Mużika, fid-Drama u fid-Danza lil studenti li l-eta` tagħhom tvarja minn 6 snin sa ’l fuq minn 60 sena.