TRANŻIZZJONIJIET

TRANSITIONS hija wirja ta’ skulturi ġejjin minn ‘ideArti‘,  Proġett ibbażat fuq proċess mill-Aġenzija Żgħażagħ, f’kollaborazzjoni mal-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli . L-artisti żgħażagħ li ħadu sehem huma Abigail Agius, Amy Abela Mizzi, James Debono, Magdalene Mizzi, Martina Darmanin u Sheldon Saliba


ideArti- Skultura serviet biex dawn is-6 parteċipanti, ħadu sehem fi vjaġġ ta’ 8 xhur li matulu wettqu riċerka artistika, esploraw, esperimentaw b’diversi  materjali, proċessi u tekniki u żviluppaw idejat u perċezzjonijiet personali rigward it-tema ta’ tranżazzjonijiet, liema tema se tkun qed timmanifesta ruħha fix-xogħolijiet esebiti ġewwa l-Iskola tal-Arti f’Malta  bejn it-13 ta’ Mejju u l-10 ta’ Ġunju2022. Il-wirja se tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.30 am sas-7.30pm.



Bi Tranżizzjonijiet qegħdin nirreferu għall-proċessi jew waqt ta’ moviment bejn stat, rwol jew kundizzjoni għal oħrajn. Tista’ timplika bidla għat-tajjeb jew għall-ħażin, imma wkoll għal xi ħaġa mhix kompluta jew għal deċiżjoni mhix meħuda jew mument ta’ opportunitajiet u possibilitajiet fertili. Tranżizzjonijiet jistgħu jkunu fiżiċi jew emozzjonali, imma wkoll konċettwali jew idejoloġiċi.