Unpacking Feelings (Ninħallu mis-Sentimenti) permezz tal-Arti kreattivi – mużik

Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli rċieva l-aħbar eċċellenti li rċeviet kemm l-approvazzjoni kif ukoll il-fondi sabiex twettaq il-proġett iffinanzjat mill-UE KA227 Unpacking Feelings (Ninħallu mis-sentimenti). L-Iskola tal-Mużika f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli ġie afdat sabiex iwettaq ir-riżultati u l-eżitu intellettwali tagħha.

Din l-avventura mifruxa fuq sentejn (Marzu 2021 – Frar 2023) ser tiffoka prinċiparjament fuq a) żvilupp ta’ ħiliet u inklużjoni permezz tal-kreattivita` u l-arti, b) tippromwovi approċċ komprensiv għal-lingwa tat-tagħlim (espressjoni) u l-aktar importanti ċ) it-tisħiħ tal-profili tal-professjonijiet tat-tagħlim. Is-suġġetti jkopru l-kreattivita` u l-kultura kif ukoll is-Saħħa u l-Benesseri.


Il-Kap tal-Iskola tal-Mużika f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, Maria Blanco spjegat li l-impatt tal-pandemija tal-Covid-19 inħass madwar id-dinja, u affettwat kull strat tal-ħajja fil-kuntesti personali, soċjali u kummerċjali. L-Industriji Kulturali u Kreattivi mhumiex eżentati, u lanqas irnexxielhom jaħarbu dan l-impatt negattiv li tant kien sinifikanti. It-Teatri, anki dawk taċ-ċinema, l-opri, il-mużewijiet tal-arti, il-mużewijiet kollha, gruppi tal-arti fil-kommunita` kienu mġiegħla jagħlqu minnufih. L-Iskejjel għalqu għall-ħafna mill-istudenti, xi wħud fetħu mill-ġdid filwaqt li oħrajn bħalma huma dawk tal-arti performattiva f’Malta għadhom jiddependu fuq t-tagħlim onlajn.



Qegħdin inħaddnu din l-opportunita` li niffurmaw parti minn dan il-proġett Erasmus+, li jiġbor flimkien 6 skejjel u entitajiet minn 4 pajjiżi differenti – Wales, Ċipru, Spanja u Malta. Aħna diġà għandna diversi kollaborazzjonijiet ma’ entitajiet nazzjonali f’Malta, u issa ninsabu tassew ħerqana għal dan il-proċess ta’ internalizzazzoni, li għandu jipprovdi opportunitajiet ta’ skambju u ta’ tagħlim kemm għall-istaff, kemm għall-istudenti kif ukoll għall-għalliema tal-Iskola tal-Mużika f’Maltaqalet Maria Blanco.


Il-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli Victor Galea spjega li dan il-proġett huwa mnebbaħ mir-rapport tal-2020 tal-Kummissarju tat-Tfal f’Wales li enfasizza li 39% ta’ dawk bejn it-12-18 –il sena kienu kunfidenti li jaċċessa servizzi ta’ counselling fl-iskejjel. “Bosta studenti ħassew in-nuqqas tal-iskola kemm minħabba l-ħbiberija kif ukoll minħabba s-sapport li kienu jieħdu mill-istaff akkademiku tal-iskola u bħalissa jinsabu imħassbin kemm ser jaqbdu mat-tagħlim mogħti. Dan ħalla impatt negattiv fuq il-benesseri emozzjonali tagħhom.

Dan huwa proġett uniku għax jimmira li jieħu lill-esperti u l-għalliema professjonali tal-arti fuq vjaġġ sabiex dawn joħolqu lezzjonijiet/attivitajiet li jużaw midja varji ta’ arti kreattivi sabiex jinpenjaw lil-istudenti biex jesprimu l-emozzjonijiet/sentimenti tagħhom. Ninsab kuntent li flimkien mal- Fondazzjoni tal-Films f’Malta issa aħna niffurmaw parti minn dan in-netwerk Ewropew” temm jgħid is-Sur Galea.