Għal ħafna ġenerazzjonijiet il-mużika dejjem għenet biex il-bniedem jegħleb żminijiet diffiċli u koroh u lkoll flimkien bħala familja waħda jien u l-istudenti tiegħi ħejjejna din il-kanzunetta sabiex tnissel xi ftit tal-ferħ u l-hena.
Kemm il-kantanti klassiċi kif ukoll dawk kontemporanji ingħaqdu flimkien biex kantaw il-kanzunetta: “When you believe”, meħuda mill-film Prince of Egypt. Irridu nemmnu, nittamaw u nkomplu nkantaw. Id-dinja hija dinja ferm aħjar biex tgħix fiha bil-mużika f’ħajjitna.