Wirja t’Ensemble Onlajn mid-Dipartiment tal-Klarinetti tal-iSkola tal-Mużika, Malta
Nieħdu l-opportunita` sabiex nroddu ħajr lill-istudenti kollha, speċjalment dawk li ħadu sehem f’dan il vidjo – għall-entużjażmu tagħhom u l-livell għoli ta’ l-impenn li wrew. Normalment, f’dawn iż-żminijiet, inkunu qegħdin intellgħu diversi spettakli madwar il-gżira, imma din is-sena kellna nimxu mod differenti. Nittamaw li din il-biċċa xogħol umli tagħna tħalli marka mqar ċkejkna, u ftit tama – Tama li l-affarijiet għad jirranġaw u nerġgħu nkunu lkoll flimkien mill-ġdid.