Wara li kwazi tlesta x-xoghol ta’ restawr tal-faccata tal-binja storika ‘Casa Brunet’ fi Triq l-Ifran fil-Belt Valletta, issa dahal gmielu ix-xoghol fuq gewwa sabiex din il-binja li ilha isservi bhala Skola tal-Arti sa mis-seklu 20 tkun verament skola li taspira kemm lill-ghalliema u studenti l-imhabba lejn l-Arti u l-Kreattivitá.
Ix-xoghlijiet fuq gewwa tal-iskola jinkludi restawr u zieda ta’ workshops u studios godda mghammra b’apparat ghat taghlim ‘hands-on’ fl-arti li huwa adegwat ghas-seklu li qed nghixu fih. Apparti dan, l-iskola ser tkun ukoll accessibli minn sular ghal iehor permezz ta’ lift.
Is-Sur Umberto Buttigieg, il-Kap tal-Iskola, spjega kif filwaqt li l-edukaturi ghaddejjin bil-lezzjonijiet mal-istudenti b’mod virtuali waqt dan il-perijodu tal-pandemija Covid-19, ix-xoghlijiet ta’ manutenzjoni u immordernizzar tal-Iskola tal-Arti ukoll baqa’ ghaddej kif ippjanat.
Il-Kap tan-Netwrok tal-Kullegg Mikiel Anton Vassalli s-Sur Victor Galea irringrazzja lil Fondazzjoni ghall-Iskejjel t’Ghada (FTS) ghal-koordinament tax-xoghlijiet estensivi li qed isiru f’din l-iskola. Irringrazzja wkoll lil Ufficcjali ta’ Heritage Malta ghas-sostenn li qed juru fejn tidhol il-kura tax-xoghliet artistiċi fl–Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta.