Nhar il-Ħamis 27 ta ’Frar 2020, is-Sur Victor Galea Kap tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli laqa’ lill-Ministru tal-Edukazzjoni l-Onor Dr Owen Bonnici u lis-Segretarju Permanenti tal-istess ministeru Dr Francis Fabri, fl-uffiċċju principali tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli fil-Ħamrun. Il- Ministru kien akkumpanjat jara’ il-klassijiet tal-Arti, Drama u Żfin u Mużika.
Minbarra li ltaqa’ mal-kapijiet ta’ l-iskejjel rispettivi, huwa ltaqa’ ma’ numru sabiħ ta’ studenti entużjastati u motivati u l-għalliema ddedikati tagħhom. Huwa saħansitra sab il-ħin jisma’ interpretazzjonijiet mużikali mwettqa mill-istudenti u l-għalliema tagħhom.
Il-ministru esprima s-sodisfazzjon tiegħu li jara numru sabiħ ta’ studenti rreġistrati f’dan il-Kulleġġ u l-fatt li l-istudenti jistgħu jakkwistaw kwalifiki u rikonoxximent ta’ studji bħal dawn li jeħtieġu ħafna dixxiplina, motivazzjoni u attenzjoni.
3,500 student li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 6 snin’ il quddiem huma rreġistrati f’waħda mill- iskejjel għall-edukazzjoni tal-arti viżiva u performattiva f’Malta u Għawdex u li jiffurmaw parti min-netwerk speċjalizzat fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli. 50 għalliem full-time u 150 edukatur part-time huma impjegati f’dan il-kulleġġ.