Wieħed mill-istudenti ta’ l-iSkola tal-Arti ġie elenkat fil-fażi tal-finali tal-kompetizzjoni ‘Be the Artist’

Wieħed mill-istudenti li jattendi l-iSkola tal-Arti fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, Malta ġie elenkat fost wieħed minn 25 fil-fażi tal-finali, minn fost 160 sottomissjoni f’kompetizzjoni organizzata minn Heritage Malta għal tfal bejn l-erba’ snin u s-sittax –il sena, ‘Be the Artist’ (Kun l-Artist) Jacob Grech Mallia, li għandu 9 snin, huwa wieħed mill-finalisti. Il-Kulleġġ […]

12 May |

Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli qed jikkontribwixxi waqt dan iż-żmien tal-pandemija

“Ninsabu sodisfatti li l-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli wkoll qed jikkontribwixxi waqt dan iż-żmien tal-pandemija Covid-19 u mill-ġimgħa d-dieħla s-sala tal-iSkola tal-Mużika li tinsab fi Triq Ġuże Abela Scolaro Ħamrun ser tingħata lill-Awtoritajiet tas-Saħħa  għat-tliet xhur li ġejjin, ” qal il-Principal tal-Kullegg Victor Galea. Bil-ħsieb li jkollna spazju biżżejjed għal tagħmir protettiv, din is-sala qed tigi […]

L-iSkola tad-Drama u d-Danza tinsab f’luttu wara t-telfa ta’ Alfred Mallia

L-iSkola tad-Drama u d-Danza tinsab f’luttu wara t-telfa ta’ Alfred Mallia, ex Kap ta’ din l-iskola. Kien hu li waqqaf il-pedamenti biex naslu għall-iskola li għandna llum. Alfred, l-iSkola tagħna tibqa’ għal dejjem grata lejk. Inwasslu l-kondoljanzi sinċiera lill-familja u lill-ħbieb kollha. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem!

4 May |

L-Ewwel Premju fil-Kompetizzjoni għal Żgħażagħ Adoloxxenti jintrebaħ minn student fl-iSkola tal-Arti.

Tħabbru r-riżultati tal-Ewwel Kompetizzjoni tal-Arti organizzata minn “Malta Flimkien”. Alexander Buhagiar Said, ta’ 14 –il sena rebaħ l-ewwel premju fil-kategorija : ’Żgħażagħ Adoloxxenti għall-iskultura tiegħu: ‘in Shock’ (Taħt Xokk). Alexander huwa student fl-iSkola tal-Atri fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli u jinsab fit-3 livell tal-Kors Bażiku fl-Arti Virtwali. Dan ix-xogħol skolpit minn materjali li kienu […]

28 April |

Merħba lill-Kap tal-iSkola l-ġdida tal-iSkola tal-Mużika, f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli.

Għeżież Kollegi, Ġenituri u Studenti tal-iSkola tal-Mużika fi ħdan il-KMAV, Malta, Hu pjaċir tiegħi li nilqa’ lis-Sra Maria Blanco, li għadha kemm ingħatat il-kariga ta’ Kap tal-iSkola tal-Mużika fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli. Is-Sra Blanco ingħaqdet magħna minn mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, li fiha reċentement kienet qed tmexxi id-dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Iżvilupp. Qabel dan Maria […]

26 April |

“When you believe” kantata mill-iStudenti tal-iSkola tal-Mużika

Għal ħafna ġenerazzjonijiet il-mużika dejjem għenet biex il-bniedem jegħleb żminijiet diffiċli u koroh u lkoll flimkien bħala familja waħda jien u l-istudenti tiegħi ħejjejna din il-kanzunetta sabiex tnissel xi ftit tal-ferħ u l-hena. Kemm il-kantanti klassiċi kif ukoll dawk kontemporanji ingħaqdu flimkien biex kantaw il-kanzunetta: “When you believe”, meħuda mill-film Prince of Egypt. Irridu nemmnu, […]

22 April |

Xoghlijiet ta’ Restawr u Modernizzar fl-Iskola tal-Arti fi hdan il-Kullegge Miekiel Anton Vassalli

Wara li kwazi tlesta x-xoghol ta’ restawr tal-faccata tal-binja storika ‘Casa Brunet’ fi Triq l-Ifran fil-Belt Valletta, issa dahal gmielu ix-xoghol fuq gewwa sabiex din il-binja li ilha isservi bhala Skola tal-Arti sa mis-seklu 20 tkun verament skola li taspira kemm lill-ghalliema u studenti l-imhabba lejn l-Arti u l-Kreattivitá. Ix-xoghlijiet fuq gewwa tal-iskola jinkludi restawr […]

20 April |

Wirja t’Ensemble Onlajn mid-Dipartiment tal-Klarinetti tal-iSkola tal-Mużika, Malta

Nieħdu l-opportunita` sabiex nroddu ħajr lill-istudenti kollha, speċjalment dawk li ħadu sehem f’dan il vidjo – għall-entużjażmu tagħhom u l-livell għoli ta’ l-impenn li wrew. Normalment, f’dawn iż-żminijiet, inkunu qegħdin intellgħu diversi spettakli madwar il-gżira, imma din is-sena kellna nimxu mod differenti. Nittamaw li din il-biċċa xogħol umli tagħna tħalli marka mqar ċkejkna, u ftit […]

Informazzjoni dwar assessjar/ eżamijiet fl-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MAVC)

Wara li kien tħabbar li l-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex ser jibqgħu magħluqin sal-aħħar tas-sena skolastika 2019/2020 kawża tal-pandemija tal-Covid-19, nitolbukom tieħdu nota tal-linji gwidi li ġejjin u li se jibqgħu japplikaw  biss għal din is-sena skolastika sakemm ma jkunx hemm aktar notifiki mill-Awtoritajiet tas-Saħħa f’Malta. Ġentilment nitolbuk tirreferi għall-iSkola Speċjaliżżata li fiha jew […]

Victor Galea

6 April |

Ittra lill-istudenti tal-MAVC u l-gwardjani

Gheziez Studenti/Genituri

Ghadu kemm thabbar li l-iskejjel ser jibqghu maghluqa sas-17 ta’ April 2020. L-iskejjel fi hdan il-Kullegg Mikiel Anton Vassalli, qed naghmlu dak kollu li nistghu sabiex jinzamm il-kuntatt ma’ kull student u kull fejn hu possibbli jsir ‘remote teaching’.

Kif tafu, meta irregistrajtu ghal xi kors fl-iskola, kontu mitluba tipprovdu indirizz elettroniku (e-mail). Dawk li taw e-mail tajjeb diga bdew jircievu mill-ghalliema xi materjal u komunikazzjonijiet ohrajn biex kemm jista jkun it-taghlim jibqa’ ghaddej.

20 March |

3 Studenti tal-Vuċi mill-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva jieħdu sehem fil-Maltese Islands Festival 2020

Tlett studenti tal-vuċi mill-iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva, il-ġimgħa l-oħra ħadu sehem fir-raba’ edizzjoni tal-Maltese Islands Festival  li sar ġewwa l-iSpazju Kreattiv ta’ St James Cavalier u ġewwa l-Phoenicia Malta fl-4, fil-5, fis-6, fis-7 u fit-8 ta’ Marzu 2020. Il-Maltese Islands Festival  joffri opportunita` lill-artisti li jkunu għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom sabiex jifformaw apprezzament ta’ standards artistiċi u […]

Sylvana Cardona, who placed second in the category Opera 18+ together with Voice Teacher Marouska Attard

9 March |

Xerrdu l-ARTI mhux il-mikrobi

Wara li ġew installati l-hand sanitisers fil-kuruturi kollha tal-iskola, l-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva, qed tnedi  “SPREAD ART NOT GERMS” għaliex l-Arti, il-Mużika, id-Drama u d-Dance huma parti mill-espressjoni tan-natura umana li tibqa’ għaddejja jiġri x’jiġri!

2 March |