L-AĦĦAR BASTIMENT – Produzzjoni Multidixxiplinarja (arti, drama, mużika u żfin) b’Istejjer mill-Port il-Kbir

Wara s-suċċess li kellhom il-produzzjonijiet annwali li jittellgħu għall-pubbliku mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MAVC), dalwaqt se tiġi ppreżentata produzzjoni artistika ġdida li se ssir fid-9 ta’ Mejju 2026 fl-Awditorju ta’ Sant’Agata, ir-Rabat.

“L-AĦĦAR BASTIMENT: Stories from the Grand Harbour hija produzzjoni multidixxiplinarja ġdida mill-MAVC li tinkludi triptiku artistiku: musical qasir, drama qasira bil-mużika u żfin – kollha ispirati minn stejjer storici u umani li ġraw fil-Port il-Kbir ta’ Malta.

L-Orkestra Maxime minn Katowice fil-Polonja, li diġà kienet ta’ kontribut importanti f’proġetti riċenti tal-istess Kulleġġ – fosthom is sehem ta’ din l-orkestra waqt l-première tal-opera kontemporanja TRAB: The Rest is Dust, kif ukoll f’riċerka u xogħol mużikali kontemporanju Malti u Pollakk – mistennija terġa’ tkun il-protagonista mużikali f’din il-produzzjoni ġdida.

Dan il-proġett jgħaqqad mużika, arti viżiva, drama, muviment u żfin, u jipprovdi lill-parteċipanti studenti, esperjenza unika f’ambjent professjonali taħt id-direzzjoni ta’ diretturi, koreografi, mużiċisti u disinjaturi li qed jaħdmu flimkien fuq dan il-proġett kreattiv ta’ importanza nazzjonali.

Ibqa’ segwi għal aktar informazzjoni!


Ara xi produzzjonijiet preċedenti mill-Kulleġġ għall-Arti Viżiva u Performattiva:

BLAT – The Island Fortress

ĠAWHAR MISJUB – An Operatic Banquet

ID-DEJJEM – The Everlink

TRAB – The Rest is Dust