Għotja ta’ Long plays u kotba dwar l-Arti lill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, għadu kemm ibbenefika minn għotja ta’ madwar 700 Long Plays. Dawn jikkonsistu f’diversi Opri, Bċejjeċ mill-Opri u  Mużika Klassika u rilessasanti minn għadd ġmielu ta’ kompożituri magħrufa bħalma huma Giuseppi Verdi, Wolfang Amadeus Mozart, Donizetti Wagner, Johann Sebastian Bach, Beethoven, Richard Wagner u bosta oħrajn.

“Interessanti l-fatt li dawn il-long plays kienu rrekordjati tista’ tgħid minn teatri magħrufin fuq livell internazzjonali bħalma huma t-Teatru La Scala ta’ Milan, London Symphony Orchestra , Orkestra Sinfonika u l-Kor ta’ Turin tar-Radiotelevisione Taljana, Orkestra tal-Beethovenhalle ġewwa Bonn u t-Teatru San Carlo ġewwa Napli” spejaga l-eċċellenza tieghu s-sur Richard Lapira ex-ambaxxatur f’diversi pajjiżi li illum jinsab irtirat.



Sabiex jikkumplimenta din l-għotja s-Sur Lapira irregala wkoll żewġ turntables sabiex fuqhom tkun tista’ titgawda din il-ġmiel ta’ mużika immortali għal benefiċċju ta’ kulmin jismagħha.

“Din kienet għotja ġeneruża mill-Eċċellenza tiegħu s-Sur Richard Lapira flimkien ma’ martu s-Sinjura Rose lapira” qal il-Kap tal-Kullegg is-Sur Victor Galea. “Qed isir elenku ta’ kull longplay sabiex imbagħad dawn ikunu disponibbli ghall-studenti tal-mużika speċjalment dawk tal-vuċi klassika.”


Is Sur Lapira twieled fl-20 ta’ April tal-1933 u wara li rċieva l-edukazzjoni tiegħu fi ħdan il-Kulleġġ San Alwiġi mill-1950 serva għal bosta snin fiċ-ċivil. Bejn l-1997-81 serva bħala Konslu ġewwa Londra. Fl-1997 inħatar Ambaxxatur tar-Repubblika taċ-Ċina fejn dam sal-1999 meta inħatar Ambaxxattur tal-Ġermanja. Minn Bonn ġie akkreditat bħala Ambaxxatur tal-Awstria, s-Slovenia, il-Kroatia u l-Ungerija.


“Is-Sur Lapira għandu passjoni għall-Mużika Operistika u dik klassika u xtaq li l-kollezzjoni tiegħu sservi bħala skop li minnu jibbenefikaw l-għalliema u l-istudenti li jattendu l-Iskejjel tal-Mużika fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli”.



Min-naħa tagħha s-sinjura Lapira għandha għal qalbha l-Arti u dak kollu li huwa artistiku u għalhekk irregalat il-kollezzjoni ta’ 132 ktieb lill-Iskola tal-Arti f’Malta ukoll fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli. Minn dawn il-kotba se jibbenefikaw kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema.

Il-Kulleġġ Mikeil Anton Vassalli jrodd ħajr lis-sinjuri Lapira għal din id-donazzjoni siewja tagħhom.